#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Mingħajr tweġiba għal 3 mistoqsijiet – fl-aħħar jitilqu ‘l barra mill-kamra

Tliet mistoqsijiet, iżda l-ebda risposta mill-kelliema tal-Partit Laburista f'isem Joseph Muscat

Għal darb’oħra, il-kelliema tal-Partit Laburista mhumiex kapaċi jirrispondu għall-azzjonijiet ta’ Joseph Muscat. Din id-darba kien imiss lid-deputat Franco Mercieca u l-Ministru Edward Scicluna li ħarġu l’ barra mill-kamra tal-konferenzi tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista mingħajr ma rrispondew il-mistoqsijiet ta’ NET News.

NET News staqsa dwar il-kummenti ta’ Joseph Muscat fuq il-programm Xtra fuq l-istazzjon nazzjonali:

1. Joseph Muscat qal li ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri hu bneidem ta’ integrita’ – għaldaqstant staqsejna jekk jemmnuhx?

2. Joseph Muscat qal li għandu dubju jekk Simon Busuttil kienx parti mill-fabbrikazzjoni tal-iskandlu Egrant mar-Russi – għaldaqstant stqasejna jekk jaħsbux l-istess?

3. Joseph Muscat għamel pressjoni fuq il-ġudikatura u l-inkjesta dwar l-iskandlu tal-kumpanija sigrieta tiegħu – staqsejnihom jekk jaqblux ma’ dan l-attakk.

Iżda għal dawn it-tliet domandi, bqajna mingħajr ebda risposta u minkejja l-insistenza għal risposta – iż-żewġ kelliema telqu ‘l barra.