Elezzjoni 2017 Lokali

Forza Nazzjonali tibda l-proġett tal-metro li jestendi sa Għawdex

Bini ta' toroq ġodda, u inċentivi biex jintuża aktar is-servizz tal-linja

Sistema ta’ metro state-of-the-art, Master Plan ghall-infrastruttura, trasport b’xejn ghall-iskejjel, u access bla hlas ghat-trasport pubbliku lill-istudenti u l-anzjani.

Dawn huma l-proposti li qed tressaq il-Forza Nazzjonali sabiex tigi indirizzata l-problema tat-traffiku, bil-ghan li pajjizna joħloq infrastruttura moderna u toroq godda.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, il-Kap tal-PN Simon Busuttil preżenta l-pjan dettaljat tal-progett nazzjonali tal-metro, fejn b’kollox se jkun hemm erba’ linji ta’ infrastruttura moderna – mill-Belt sa San Giljan, mill-Belt san-Naxxar, mill-Belt sa Marsaskala, u minn San Ġiljan sar-Rabat Għawdex permezz tal-mina li tgħaqqad iż-żewġ gzejjer. Dan il-progett huwa pjanat, bil-fondi li hemm bzonn ghal kull fazi, u b’miri cari.

Simon Busuttil spjega illi Gvern gdid Nazzjonalista se jkun qed jiftah sejha ghal min hu interessat jizviluppa din is-sistema tal-metro li tkun kemm fuq l-art u anke taht l-art.

Fl-istess waqt, il-programm elettorali tal-Forza Nazzjonali jipprezenta diversi mizuri short-term sabiex mal-ewwel tigi indirizzata l-problema tat-traffiku…filwaqt li jinghata bidu ghal Pjan Nazzjonali ta’ bini ta’ toroq arterjali u residenzjali, inkluz f’Ghawdex.

Prezenti ghall-konferenza tal-ahbarijiet kien hemm ix-Shadow Minister Marthese Portelli, u l-kandidati tal-PN Graziella Galea, Wayne Hewitt, Charles Selvaggi, Aaron Micallef Piccione, David Vassallo, u John Baptist Camilleri.