Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qiegħed jistieden lill dawk kollha li qed ifittxu karriera ġdida sabiex jattendu għall fiera tal-karrieri li ser issir għada f’San Pawl il-Baħar.
13-il kumpanijja lokali u internazzjonali se jkunu qed jipparteċipaw f’dan l-avveniment, fejn b’kollox hemm 128 post tax-xogħol disponibbli. Ix-xogħol offrut huwa ta natura u livelli differenti.
“Dan l-avveniment huwa tajjeb kemm għall min qiegħed ifittex bidla fix-xogħol u anke għal dawk li bħalissa jinsabu bla-impjieg. Rajna li fil-fiera jipparteċipaw kumpanijji serji, bi proposti tajbin ħafna ta’ xogħol għal min jattendi. B’dan il-mod il-kunsill qiegħed jgħin lill familji b’mod dirett” stqarret is-Sindku Graziella Galea.
Il-Career Day ser issir fl-iskola Primarja tall-Kulleġġ Maria Reġina, Triq l-Iskola, San Pawl il-Baħar.
Il-Kumpanijji li se jipparteċipaw huma: Malta International Airport, Radisson, GO, Maypole Group, Arkadia, ecabs, Atlas Group, Browns, Infinitely Xara, Hudson Holdings, Jobs Plus, MSC Technologies u Raesch Quarz Malta.
Min jattendi se jkun jista joqgħod għal-interview immedjatament ma dawn il-kumpaniji u possibilment joħroġ mill-post b’offerta ta’ xogħol.
L-attivita se tibda fid 9am sa 12.30pm.
//= $special ?>

