Il-Kamra Maltija tal-Kummerċ hi inkwetata dwar iż-żieda fl-inċertezza ta’ istituzzjonijiet f’pajjiżna li mhux jiffunzjonaw kif suppost. Hawn iqumu l-mistoqsijiet dwar l-istabilita’ u r-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet dan permezz ta’ stqarrija bit-titlu li l-Liġi li tirrenja fuq kulħadd m’hix għażla.
L-istqarrija tkompli tgħid li dawk kollha fis-settur pubbliku li jew ġew eletti jew appuntati irid ikollhom il-moral li jiġġieldu l-korruzzjoni u jżommu l-kredibilita’ ta’ pajjiżna bħala post fejn hu addattat għan-negozji.
Il-Kamra tal-kummerċ diġa’ kienet enfasizzat dan il-punt fid-dokument tagħha bi proppsti għal qabel l-elezzjoni ġenerali.
“Hu importanti li nassiguraw indipendenza totali fl-entitajiet kollha tal-gvern minn kull indħil politiku dirett u anke indirett. Għandu jkun hemm regoli li jassiguraw dan. B’hekk nassiguraw traparenza totali u kontabilita’ fis-settur pubbliku u fl-aġenziji tal-Gvern”
L-istqarrija tgħid wkoll li l-pajjiż għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex inġibu lura r-reputazzjoni li ggwadanjajna tul dawn l-aħħar snin. Hemm bżonn li jkollna gvern b’integrita’ biex l-investituri lokali u internazzjonali jħossu li Malta hu post sigur li wieħed jinvesti fih. Jekk dan il-fatt jieħu daqqa ta’ ħarta, l-ekonomija ta’ pajjiżna tieħu daqqa ta’ ħarta.
L-istqarrija t-temm tgħid li l-Kamra Maltija tal-Kummerċ lesta toffri l-esperjenza tagħha biex tgħin lil min ikun hemm fil-gver biex insewwu l-ħsara li saret lir-reputaazzjoni ta’ pajjiżna.
//= $special ?>