Żagħżugħ ta’ 19-il sena sofra ġrieħi gravi waqt li raġel ta’ 57 sena sofra ġrieħi ħfief wara ħabta bejn il-vetturi rispettivi tagħhom fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.
Jirriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn BMW 320D misjuqa miż-żagħżugħ minn Marsaxlokk u Mazda Demio misjuqa mir-raġel residenti l-Gżira.
Bl-impatt, il-vetturi baqgħu deħlin fuq tliet vetturi oħra li kienu pparkjati, b’waħda minnhom saħansitra spiċċat tibqa ‘tiela’ fuq il-bankina, qaċċtet sinjal tat-traffiku u saħansitra kkawżat ħsara fil-faċċata ta’ ħanut tal-appliances.

//= $special ?>


