#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Il-kelliem ta’ Muscat, Kurt Farrugia, f’battibekk fuq Facebook mal-ġurnalist James Debono

Il-kelliem tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Kurt Farrugia, mhux qed jitlef ħin biex jidħol f’argumenti u battibekki fuq Facebook ma’ min jgħaddi kummenti li ma jinżlux tajjeb mal-Gvern. Din id-darba, Kurt Farrugia għażel li jipprova jibda argument mal-ġurnalist tal-MaltaToday James Debono.

F’kumment fuq Facebook, Farrugia prova jirredikola lill-ġurnalist James Debono, li fl-aħħar ġimgħat kien kritiku għall-mod kif qed isiru l-affarijiet f’pajjiżna. “As for your rant, James Debono, you sound like a broken record”, qal l-uffiċjal ta’ Kastija fil-kumment tiegħu fuq Facebook. “Cut the umbilical cord for once, will you?!” żied jgħidlu.

Debono, ġurnalist mal-gazzetta MaltaToday, huwa l-aktar voċiferu dwar kwistjonijiet ambjentali. Imma l-kummenti tal-Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Kastilja saru fuq ‘post’ miktub minn James Debono, li fih qal li hu ironiku kif il-Prim Ministru Joseph Muscat qed iwissi dwar kriżi kostituzzjonali jekk ikun elett il-Partit Nazzjonalista u l-inkjesta ma ssib xejn kontrih, meta kien Muscat stess li sejjaħ elezzjoni waqt li għaddejja inkjesta. U dan meta l-ebda inkjesta fuq Prim Ministru m’għandha tkun soġġetta għal pressjonijiet elettorali.

Din mhux l-ewwel darba li Kurt Farrugia spiċċa fl-aħbarijiet fl-aħħar ġimgħatejn. Ftit tal-jiem ilu, Farrugia nqabad li kien qed jibgħat messaġġi bil-mobile lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jgħidlu x’għandu jgħid waqt dibattitu bejn il-Mexxejja fl-Universita’.

Fuq Facebook, ma setax jonqos li apparti l-argument mal-ġurnalist James Debono, l-uffiċjal ta’ Kastilja jikkritika wkoll lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u persuni oħrajn li ma jaqblux mal-Gvern.

https://www.facebook.com/james.debono.585/posts/10155331962759282?pnref=story

FILMAT: Joseph Muscat beda jirċievi l-messaġġi mingħand Kurt Farrugia