Elezzjoni 2017 Lokali

“Il-Panama mhux żball, imma pjan” – Simon Busuttil

"Lil Muscat illum ħadd mhu jemmnu"

L-iskandlu tal-Panama ma kienx żball, imma pjan. Hekk stqarr dalgħodu l-Kap tal-PN Simon Busuttil meta dalgħodu kien mistoqsi dwar l-istqarrija li għamel ilbieraħ Joseph Muscat fis-Siġġiewi.

Muscat stqarr li l-iskandlu tal-Panama “kien żball li m’għandux jerġa’ isir”. Għal dan, Simon Busuttil wieġeb illi l-Panama “kien pjan” u mhux żball.

Il-Kap tal-PN fakkar illi dan l-iskandlu tant kien pjanat bir-reqqa illi ħadd ma kien se jinqabad kieku ma ħarġux il-Panama Papers – dokumenti ta’ Mossack Fonseca illi kixfu kif Kieth Schembri u Konrad Mizzi fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama. Pjan illi bdewh sa mill-ewwel ġranet wara r-rebħa elettorali tal-2013.

Minkejja li illum il-Mexxej Laburista qed jipprova jgħid li dan l-iskandlu kien żball, Simon Busuttil stqarr bl-aktar mod ċar illi llum ħadd m’għadu jemmen lil Muscat.