L-istazzjon Russu Russia Today iddedika tliet minuti sħaħ mill-aħbarijiet tiegħu biex jitkellem dwar is-sitwazzjoni ta’ Malta, wara kummenti tal-Prim Ministru li qal li kien infurmatb’intervent Russu fl-elezzjonijiet lokali.
Waqt is-servizz tal-aħbarijiet Russu jingħad li “l-Prim Ministru Muscat jista’ jkun fl-inkwiet,” jiddikjara l-ġurnalist Miguel Francis-Santiago waqt li spjega l-allegazzjonijiet li Egrant hi tal-mara ta’ Joseph Muscat.
“Issa, jumejn biss ilu ħabbar bomba u ddikjara li jista’ jkun hemm ir-Russja wara dan kollu, bħala tpattija,” iddikjara l-ġurnalist waqt li tkellem dwar numru ta’ ineżattezzi u kif ir-Russi ma setgħux ikunu jafu li Malta se tisfida lir-Russja minn xhur qabel.
In-newscaster saħansitra qal li “d-dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat intlaqgħet b’sorpriża.”
//= $special ?>