Elezzjoni 2017 Lokali

Impenji mill-PN favur il-fostering u l-addozzjoni

“Irridu ntejbu s-servizzi tal-fostering u l-addozzjoni” Qal dan Robert Cutajar waqt il-programm Jien Nagħżel Malta fuq Net Television li matulu spjega uħud mill-proposti tal-PN għall-qasam tal-fostering u l-addozzjoni.

Fost dawn il-proposti hemm li jiżdied il-finanzjament għal kull wild li jkun fostered. Proposta oħra hi li l-fostering ma jibqax esklussiva għal-gvern.

John Role, il-persuna li tant għamel ġid fil-qasam tal-fostering u kien ta’ għajnuna għal mijiet ta’ familji,u li kien tneħħa minn dan il-gvern, jerġa jitpoġġa jaħdem fis-settur tal-fostering.

Role kien preżenti għall-programm li matulu ġew spjegati dawn il-proposti. Miegħu kien hemm preżenti Steph Mifsud li addottat żewġt itfal u li tkellmet dwar l-esperjenza tagħha propju fil-qasam tal-addozzjoni.

Proposta oħra hi li foster parents li jieqfu mix-xogħol fis biex irabbu lit-tfal, il-gvern jagħmillhom tajjeb għal 3 snin bolol. Bi gvern nazzjonalista tinqata’ l-burokrazija fil-qasam tal-fostering u l-addozzjoni.

Robert Cutajar temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista f’dawn l-4 snin kien il-vuċi għall-foster parents u għal min jaddotta u issa hu l-waqt li mil-kliem ngħaddu għall-fatti billi poplu jagħti l-fisuċja tiegħu lill-Forza Nazzjonali.