Aħbar li ġiet żvelata ftit tal-ħin ilu fuq is-sit elettroniku Independent.com.mt għadu qed jingħad li rapport tal-FIAU jindika li s-sidien tat-tanker tal-gass ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk, għadda ħlasijiet (kickbacks), lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Kollox jindika li l-FIAU kienet ħejjiet rapport ieħor li fih xejn anqas minn 120 paġna b’evidenza ġdida u li għadu għand l-FIAU stess jistenna l-konklużjoni.
Jidher li kien hemm żewġ attentati biex ikunu trasferiti flus f’kumpanija f’Dubai bl-isem ta’ Seventeen Black mill-Grupp Orion Engineering.
//= $special ?>