Kundanna qawwija mill-Kap tal-PN għal dak li qal Joseph Muscat fil-programm Xtra fejn b’mod dirett uza kliem ta’ theddid fil-konfront tal-Maġistrat Aaron Bugeja – il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta fuq l-iskandlu Egrant u l-allegat involvement tal-mara tal-Prim Ministru f’din il-kumpanija sigrieta.
Fuq il-PBS, Joseph Muscat stqarr li jekk l-inkjesta tohrog wara l-elezzjoni u jinstab li ma kienx hemm verita’ il-Magistrat ghandu jerfa’ ir-responsabbilta’.
Għal dan l-attakk fuq il-Magistrat, kundanna bla riservi minn Simon Busuttil.
//= $special ?>