Talanqas 23 persuna nqatlu, b’madwar 30 jindarbu, wara li aggressuri fl-Eġittu fetħu n-nar fuq xarabank li kien mimli bil-Kristjani Kopti.
L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu, fil-provinċja ta’ Minya, lejn in-Nofsinar tal-Kajr, u waqt li x-xarabank kien fi triqtu lejn il-Monasteru ta’ San Samwel.
Fl-aħħar xhur, il-Kristjani Kopti fl-Eġittu sfaw mira ta’ diversi attakki minn militanti tal-ISIS — bl-aktar azzjoni li spikkat isseħħ fid-9 ta’ April li għadda, fejn kienu mietu 46 b’kaġun ta’ żewġ splużjonijiet suwiċida.
L-attakki wasslu biex il-President Eġizzjan, Abdul Fattah al-Sisi, jiddikjara stat ta’ emerġenza effettiv għall-pajjiż kollu u fejn hu impenja ruħu biex jagħmel dak kollu neċessarju ħalli jikkonfronta lill-militanti fundamentalisti.
//= $special ?>