Mill-għada tal-ħatra ta’ Gvern Nazzjonalista, kull membru tal-Gvern se jintalab li jibda jimplimenta l-proposti mwegħda fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Wegħda ċara mill-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa tal-Partit Nazzjonalista mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Soċjali u Ekonomiku. Hu kien akkumpanjat mill-Viċi Kapijiet Beppe Fenech Adami u Mario de Marco, kif ukoll Therese Comodini Cachia bħala l-persuna li kieent inkarigata mit-tħejjija tal-programm elettorali.
Simon Busuttil fakkar li l-elezzjoni ġenerali li jmiss, li qed issir f’mument partikolari għal pajjiżna, f’nofs sitwazzjoni gravi u strarodinarja, se tfisser ukoll il-futur ta’ pajjiżna tant li l-poplu qed jingħaqad wara l-forza nazzjonali biex jissalva pajjiżna.
Irrimarka kif waqt li l-Gvern Laburista ħela erba’ snin, il-Partit Nazzjonalista kien impenjat u ħareġ tmien dokumenti bil-proposti fosthom wegħda li l-MCESD jingħata priorità u importanza, għaliex huma l-esperti li għandhom jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet, bil-politika tkun l-għodda biex fejn hemm il-qbil issir implimentazzjoni mmedjata.
Fi tmiem il-laqgħa, tkellimna ma’ wħud mill-imsieħba soċjali.
//= $special ?>

