Lokali

Tinsteraq l-iskola San Tumas Moore f’Ħal Tarxien … ġimgħatejn wara żewġ serqiet fl-iskola ta’ ħdejha

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji

Ġimgħatejn wara li l-iskola primarja San Tumas Moore ta’ Ħal Tarxien insterqet darbtejn f’temp ta’ ġimgħa, matul il-lejl li għadda kien imiss lill-iskola tal-istess kulleġġ u lokalità, li tinsab biss kantuniera bogħod.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, min seraq l-iskola daħal minn apertura fuq barra u wara żgassa numru ta’ bibien fuq ġewwa. Mill-iskola nsterqu kemm flus kif ukoll affarijiet oħra użati fix-xogħol ta’ kuljum.

Kien għall-ħabta tal-03:45 li daħal rapport li deher raġel mgħammad fl-iskola li tinsab fi Triq Pjazza Agatha Barbara. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.