Minbarra n-numru kbir ta’ nies li vvutaw fl-Uffiċju Elettorali fin-Naxxar, eluf oħra llum vvutaw San Vincenz de Paule u tletin djar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex. Il-votazzjoni f’dawn id-djar tal-anzjani bdiet mis-7 ta’ filgħodu se tibqa’ għaddejja sal-għaxra ta’ filgħaxija. Kif normalment isir f’dawn il-postijiet tal-votazzjoni, il-familjari matul il-ġurnata ma setgħux jidħlu jżuru lill-qrabathom li huma residenti.
NET News tkellem ma’ Matthew Mangion, id-Direttur tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista – ELCOM, dwar l-andament tal-ġurnata tal-early voters. Matthew Mangion għamel appell ukoll għal dawk li għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom.
Din it-tabella fiha dettalji għal dawk li għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom:
L-uffiċju ELCOM ħareġ dan il-filmat bi spjegazzjoni dwar kif tista’ tivvota:
//= $special ?>