Ikompli l-attakk tal-Partit Laburista fuq il-Kamra tal-Avukati, talli din ikkundannat kummenti li saru mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-konfront tal-Maġistrat Aaron Bugeja.
Din id-darba, kien il-Ministru Jose’ Herrera, li fil-preżenza ta’ Muscat fil-Qala Għawdex, għażel li jiskredita l-kummenti tal-Kamra tal-Avukati.
Il-kummenti ta’ Herrera waqt attività politika dalgħodu, huma l-aħħar minn sensiela ta’ attakki minn esponenti Laburisti kontra l-Kamra tal-Avukati, fosthom mill-uffiċjal f’Katilja u kandidat Laburista Glenn Bedingfield.
Dawn l-attakki fuq il-Kamra tal-Avukati saru talli din ikkundannat kummenti li saru mill-Prim Ministru fuq il-Maġistrat Aaron Bugeja; kummenti li skont il-Kamra tal-Avukati, jaqbżu kull limitu ta’ prudenza u responsabbiltà.
Fil-Qala Għawdex, tkellem ukoll il-kandidat Laburista Jeffrey Pullicino Orlando, li beda jitkellem fuq l-Ispirtu s-Santu u l-‘hangovers’. Ftit jiem ilu, Pullicino Orlando qal li Donald Trump imissu jsejjaħlu biex imexxi l-Amerika miegħu
U wara li l-Ġimgħa, the Malta Independent żvelat l-aktar skandlu riċenti; dak ta’ tixħim u ħasil ta’ flus anke mit-tanker tal-gass, fil-Qala, il-Prim Ministru ma ddejjaq xejn jgħid li għandu l-kuxjena nadifa.
//= $special ?>