Reazzjoni ta’ diżappunt fuq wiċċ Joseph Muscat fi tmiem il-programm Xarabank tal-lejla, li matulu, sar dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Dibattitu li matulu, Muscat kemm-il darba nfexx jgħajjar lill-Kap tal-PN Simon Busuttil, b’lingwaġġ li ħafna ma kienux qed jistennew mill-Prim Ministru.
Qabel beda Xarabank, The Malta Independent żvelat skandlu li jinvolvi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, bl-istorja tgħid li allegatament kien hemm tixħim u ħasil ta’ flus bl-involviment tat-tanker tal-gass.
Waqt Xarabank, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ippubblika dokumenti u provi ġodda (ara f’wieħed mil-links t’hawn taħt).
Dan kollu wassal għal reazzjoni ta’ diżappunt mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li kienet evidenti fuq wiċċ il-Prim Ministru fi tmiem il-programm Xarabank.
L-istejjer ewlenin li waslu għal reazzjoni ta’ diżappunt minn Joseph Muscat waqt Xarabank
BREAKING: Id-dokumenti li jikxfu u jikkonfermaw il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus
//= $special ?>