Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista huma mmirati li jħallu kemm jista’ jkun flus f’idejn il-poplu.
Fost dawk il-proposti l-iktar importanti li tressqu fl-aħħar jiem, hemm dik dwar it-taxxa tas-suċċessjoni, liema proposta se twassal għat-tneħħija tatali ta’ din it-taxxa.
Simon Busuttil iddeskriva din bħala waħda mill-iktar proposti mressqa mill-Partit Nazzjonalista li hi għal qalbu. Dan għaliex se twassal biex il-poplu jserraħ rasu li jkollu jħallas somma ta’ flus fuq il-wirt jekk xi ħadd mill-familja jmut.
Proposta li madankollu se tfisser ukoll spiża għall-pajjiż, iżda spiża li Simon Busuttil iddikjara li hu kuntent li l-Gvern jerfa’.
Proposta oħra li tkellem dwarha l-Kap tal-Partit Nazzjonalista hi dik li se tgħin lill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili, bil-poplu jingħata l-għażla li 0.5% tat-taxxa li jħallas jgħaddiha lill-għaqda tal-għażla tiegħu
Fid-dawl ta’ dawn id-differenzi bejn il-partiti, Simon Busuttil qal li l-poplu għandu għażla x’jagħmel.
//= $special ?>