#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Illejla attività politika taħt it-tinda quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN

Illejla fis-6.30pm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil se jindirizza attività taħt it-tinda, din id-darba quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Nappellawlkom biex tattendu għaliha u tassistu għall-messaġġ importanti tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Din l-attività se tkun qed issir waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li qed ssir biex il-pubbliku jkun jista’ jgħin lill-Partit Nazzjonalista biex jiffinanzja l-kampanja elettorali tiegħu.

Il-maratona bdiet dalgħodu fuq Radio 101 u tkompli fuq NET Television fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar.