#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Kundanna għal ‘meme’ ta’ billboard li tuża persuni vulnerabbli

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna ‘meme’ ta’ billboard li qed idur fuq Facebook u li jipprova jirredikola lil persuni bid-Down Syndrome.

Id-Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Matthew Bonett immedjatament “ikkundanna dan l-att li uża persuni vulnerabbli bl-iskop li jirredikola billboard tal-Partit Nazzjonalista. Tal-Mistħija.”

Sadattant il-paġna ġiet rappurtata lil Facebook u ngħalqet immedjatament wara.

N.B. Il-meme tal-billboard mhux qed tintuża f’dan l-artiklu għaliex inħossu li mhux denju li nippublikawh. Minflok qed nużaw il-billboard oriġinali kif kien fit-toroq Maltin.