Elezzjoni 2017 Lokali

L-eks Prim Ministru Taljan li ġie sfiduċjat mill-poplu se jindirizza l-mass meeting tal-PL

Minkejja li l-poplu Taljan kien għamel vot qawwi ta' sfiduċja f'Matteo Renzi – Joseph Muscat stiednu sabiex għada jindirizza lill-folla fuq il-Fossos.

Kulħadd jiftakar min kien il-Prim Ministru Taljan ħabib ta’ Joseph Muscat – Matteo Renzi – l-istess Prim Ministru li fl-2016 kien sfiduċjat mill-poplu Taljan stess sena u għaxar xhur biss wara li leħaq Prim Ministru.

Sar magħruf li fil-Mass Meeting tal-Partit Laburista tal-Ħadd fuq il-Fosos tal-Furjana se jkun qed jindirizza l-folla l-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi. Matteo Renzi kien sejjaħ għal referendum li fih jkun hemm tibdil kbir fil-Kostituzzjoni Taljana, li biha jnaqqas il-poteri tar-reġjuni u jagħti aktar poteri lill-Gvern ċentrali tiegħu.

Ġie r-referendum – u l-poplu Taljan vvota kontra Matteo Renzi sena u ghaxar xhur biss wara li sar Prim Ministru. Telfa kbira ta’ 19-il miljun vot kontrih, b’distakk ta’ 6 miljuni minn dawk li appoġġjawh.
Ħafna politiċi u esperti fil-politika Taljana kienu qaluu li l-fatt li Matteo Renzi ġab l-interess personali qabel dak nazzjonali, kienet deċiżjoni ħażina u li swiet qares. Numru ta’ rapport kienu spjegaw li t-telfa kienet vot ta’ sfiduċja f’Renzi stess u mhux fit-tibdil tal-Kostituzzjoni.

Iżda minkejja li l-poplu Taljan kien għamel vot qawwi ta’ sfiduċja f’Matteo Renzi, u dan tal-aħħar kellu jwarrab – Joseph Muscat stiednu sabiex għada jindirizza lill-folla fuq il-Fossos.