Wara li lbieraħ is-sit elettroniku independent.com.mt żvela kif rapport ieħor tal-FIAU kien qed jinvestiga kif ġew trasferiti flejjes mingħand kumpanija b’rabtiet mat-tanker tal-gass ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk lil kumpaniji sigrieti fil-Panama, ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, The Malta Independent se tkun qed tgħaddi din l-informazzjoni lil Maġistrat Inkwirenti.
Pierre Portelli, Direttur responsabbli mill-kontenut qal li kif sar meta ippublikaw siltiet mir-rapport tal-FIAU, se terġa tagħmel l-istess u l-informazzjoni marbuta ma dan il-każ se jgħadduha lill-maġistrat inkwirenti.
Waqt Xarabnk il-Prim Ministru Joseph Muscat prova jaħrab milli jwieġeb dwar dan il-każ u deher viżibilment skomdu meta sar jaf bl-iskandlu.
Anke l-FIAU fi stqarrija ma ċaħditx li jeżisti dan ir-rapport u qalet biss, l-istess kif qalet The Malta Independent li r-rapport ma kienx konklussiv.
//= $special ?>