Minkejja li l-proġett tat-tanker tal-gass fil-Bajja ta’ Marsaxlokk ma kienx fil-programm elettorali tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Gvern Laburista nsista li dan isir minkejja kollox.
Joseph Muscat saħansitra siefer sa Singapore biex jara dan it-tanker u għamel żjara fuqu stess qabel beda triqtu lejn Malta.
Issa, wara li The Malta Independent żvelat dettalji minn rapport tal-FIAU li qed tinvestiga tixħim u korruzzjoni b’rabta ma’ dan it-tanker tal-gass, il-kap tal-Partit Nazzjonalista ddeskriva dan bħala każ xokkanti u diżgustanti bl-aġir li l-klikka ta’ Kastilja mxiet bih fl-aħħar erba’ snin bħala aġir kriminali.
B’hekk, wara li l-Gvern Laburista biegħ lin-nies ta’ Marsaxlokk, Birżebbuġa, iż-Żejtun u r-residenti tal-madwar, Simon Busuttil wiegħed li taħt Gvern Nazzjonalista r-rapport ikun konkluż mill-iktar fis possibbli u tittieħed azzjoni wara l-konklużjonijiet.
//= $special ?>

