Elezzjoni 2017 Lokali

“Ma nemmnukx għax nafuk” – Simon Busuttil, Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu problema. Għamel erba’ snin jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni u llum ħadd ma hu jemmnu.

Hekk saħaq il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien qed jieħu sehem fid-dibattitu mal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Xarabank.

“Illum ma nemmnukx għax nafuk” saħaq Simon Busuttil li matul id-dibattitu wera l-provi tal-korruzzjoni tal-Gvern ta’ Joseph Muscat.

L-ewwel rapport tal-FIAU li juri kif iċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri ha flus mill-bejgħ tal-passaporti.

It-tieni rapport tal-FIAU li juri kif l-istess Keith Schembri ħallas 650,000 ewro lill-eks Direttur Manigerjali tat-Times flimkien ma’ kopja tat-tranzazzjonijiet tal-flus.

It-tielet rapport tal-FIAU li juri li l-bank Pilatus huwa magna tal-ħasil tal-flus.

Dan minbarra l-aħħar skandlu żvelat li Keith Schembri u Konrad Mizzi ħadu flus mit-tanker tal-gass.

Minkejja li l-Kap tal-PN wera rapport wara ieħor ta’ investigazzjoni fuq Keith Schembri, Joseph Muscat jagħżel li jgħid li ma hemm l-ebda investigazzjoni kriminali fuq Keith Schembri.

Spikkat ukoll l-insistenza ta’ Joseph Muscat li l-files li ħa l-Kap tal-PN l-Qorti kienu vojta

Simon Busuttil fakkar li llum sejrin għal elezzjoni bi Prim Ministru taħt investigazzjoni u xejn ma hu se jhassar dan.

Illum sejrin lejn elezzjoni sena qabel għax għandna Prim Ministru li beza mir-rizultat tal-inkjesta dwaru.

Ma naqsux ukoll il-mumenti li fihom Joseph Muscat tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni u pprova jirredikola lill-Kap tal-PN.

Matul il-programm saret diskussjoni dwar il-proposti li jolqtu lit-tfal, iz-zgħazagħ, in-negozji, l-anzjani u l-Għawdxin.

L-għażla li għandna quddiemna, saħaq Simon Busuttil,  hija għażla għall-futur ta’ pajjiżna. Quddiem din l-għażla għandna nagħżlu Malta biex nerġgħu nagħtu lura lil pajjiżna l-valur tal-integrità u l-onestà.