Id-dokumenti żvelati mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt id-dibattitu mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-programm Xarabank, jiddominaw il-faċċata ta’ quddiem ta’ In-Nazzjon, li jirrapporta fid-dettall id-dibattitu tal-bieraħ bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti politiċi ewlenin li bħal-lum ġimgħa l-poplu se jażgħel minn fosthom lil min se jafda jmexxi lill-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin.
Storja oħra ewlenija hi l-aħbar żvelata qabel id-dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali, mis-sit elettroniku Malta Independent, dwar l-involviment ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi fi skandlu ieħor ta’ tixħim din id-darba b’rabta mat-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
In-Nazzjon jagħti ħarsa wkoll lejn il-proposti tal-Partit Nazzjonalista dwar it-trasport.
Bħal kull nhar ta’ Sibt, In-Nazzjon jippubblika l-kummentarju ta’ Victor Camilleri, eks-Editur tal-gazzetti In-Nazzjon u il-mument.
//= $special ?>