Lokali

Raġel jittieħed l-isptar wara li ħabat bit-trakk f’siġra

Raġel, sewwieq ta’ trakk, iddaħħal l-isptar għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u għaxra meta r-raġel li kien qed isuq trakk tal-kostruzzjoni u li kien sejjer fid-direzzjoni lejn il-Mosta, tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’siġra.

Fil-post issejħu l-pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lir-raġel mit-trakk. Fil-post kien hemm ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.

Il-kundizzjoni tar-raġel sa issa mhux magħrufa.

Bħalissa hemm xi ftit tat-traffiku minħabba li hemm parti mit-triq magħluqa minħabba dan l-inċident.