Illejla qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista. Maratona li saret bi skop li jinġabru l-fondi biex tissokta l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Il-maratona bdiet għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fuq Radio 101 u filgħaxija kompliet fuq NET Television.
Kienet inawgurata ukoll il-mużajk fid-daħla tad-Dar Ċentrali. Fuq din il-mużajk hemm miktub l-innu tal-Parttit Nazzjonalista . Din il-biċċa arti ġdida fid-daħla tal-Partit Nazzjonalista kienet miġbura minn skema fejn sostenituri tal-partit taw donazzjoni ta’ €500 biex eventwalment iffurmaw din il-mużajk.
Waqt l-attività l-Kap tal-PN irringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ sapport anke f’din l-iskema u qal li l-entużjażmu li bħalissa qed jaħkem fid-Dar Ċentrali hu xi ħaġa li qatt qabel ma esperjenzajniha.
//= $special ?>