Elezzjoni 2017 Lokali

Tkompli tikber il-Forza Nazzjonali

Erba’ snin biss taħt Gvern Laburista, maħkum minn klikka ta’ Kastilja, kienu biżżejjed biex mewġa ta’ nies minn oqsma differenti tal-ħajja jingħaqdu wara l-forza nazzjonali.

Fost dawn, Doriana Portelli li ddikjarat li ngħaqdet wara l-Forza Nazzjonali għaliex pajjiżna għandu bżonn li mill-ġdid ikun kburi.

L-istilista tax-xagħar Mario Borg qal li wara li ma vvutax fl-aħħar elezzjoni ġenerali, hu ltaqa ma’ Simon Busuttil u rrealizza l-Kap tal-Partit Nazzjonalista hu bniedem tal-punt, li dak li jemmen, iwettaq.

Schevon Camilleri, make-up artist qalet li l-vot tagħha għall-forza nazzjonali kien għażla ċara għaliex trid tmexxija onestà għal pajjiżna, tant tħobb lil Malta.

Catherine Farrugia ħadmet mill-qrib ma’ Joseph Muscat u martu qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss, iżda llum se tkun kandidata tal-Partit Demokratiku.

 

Il-fotografu Rene Rossignaud ikkritika l-mentalità li l-korruzzjoni tgħaddi qisha xejn m’hi xejn sakemm ikun hemm min gawdi b’mod personali

Min-naħa tagħha l-avukat Giannella De Marco qalet li l-poplu hemm bżonn iwarrab l-interessi personali, iżda jiffoka fuq l-interess nazzjonali.

Il-kittieb u nutar Mark Sammut fisser l-elezzjoni ġenerali li jmiss bħala għażla li biha rridu nassiguraw li nnaddfu isem pajjiżna mill-ħsara li saritlu taħt Gvern Laburista.

Għat-tabib Marius Zammit l-elezzjoni ġenerali se tkun risposta tal-elettorat għall-ħajja ta’ kuljum, li minkejja ħafna kliem sabiħ, fil-fond hemm sensiela ta’ wegħdiet miksura.

Tkellem ukoll Godfrey Farrugia li sa ftit jiem biss ilu saħansitra kien il-whip tal-Partit Laburista, iżda kriżi morali fi ħdan il-Partit Laburista wasslitu biex jirriżenja, u joħroġ bħala kandidat tal-Forza Nazzjonali.

Iddikjara li pajjiżna jinsab marid iżda l-poplu Malti Għawdxi issa għandu ċ-ċans li jingħaqad wara Forza Nazzjonali li trid isservi lill-Maltin u Għawdxin kollha.