Lokali

3 persuni evakwati minn fuq vapur b’ħelikopter tal-AFM

Żewġ nisa u raġel kellhom jittieħdu b’urgġenza l-Isptar Mater Dei hekk kif kellhom bżonn għajnuna medika urġenti fuq vapur.

Huma ddaħħlu Malta hekk kif ġew evakwati minn fuq bastiment permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fi stqarrija pubblika l-AFM spjegaw li ċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni u Salvataġġ Marittimu f’Ruma wettqu sejħa għall-għajnuna r-raġel u ż-żewġ nisa kellhom bżonn għajnuna immedjata.

Hekk kif waslu f’pajjiżna huma ttieħdu l-isptar għal aktar kura permezz ta’ ambulanza.