Ftit jiem il-bogħod mill-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju, il-poplu reġa’ wera l-fiduċja tiegħu fil-Partit Nazzjonalista – b’somma mill-isbaħ!
Waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi li organizza l-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali nġabret is-somma sabiħa ta’ €451,084.
Hekk kif ninsabu fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali li se twassalna għal elezzjoni ġenerali bikrija, illum il-Partit Nazzjonalista organizza maratona ġbir ta’ fondi sabiex b’hekk fil-jiem li ġejjin ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu – bit-tema ‘Jien Nagħżel Malta’.
Matul il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wassal il-messaġġ tiegħu, flimkien ma’ ringrazzjament kbir għal dawk kollha li pparteċipaw fil-maratona.
Fl-aħħar tal-maratona, Simon Busuttil irringrazzja lill-eluf ta’ nies li jagħtu s-sehem tagħhom, u jattendu l-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista. Irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Partit Nazzjonalista matul din l-kampanja elettorali.
Inti tista’ tagħti donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista mis-sit: www.forzanazzjonali.com
//= $special ?>