Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li tlett irġiel ġew arrestati grazzi għall-ħidma tal-Iskwadra kontra d-Droga. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Lord Byron, f’Santa Venera, fejn tlett persuni li l-età tagħhom tvarja bejn it-32 u l-42 sena ġew arrestati wara li allegatament kellhom fil-pussess tagħhom dik li qed tiġi suspettata bħala droga.
Sadanittant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni.
Aktar dettalji kif jaslulna.

