Ikompli l-paniku fil-Partit Laburista – fil-mass meeting fuq il-fosos tal-Floriana, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona kompla jżejjen id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat u reġa’ għajjar lil Simon Busuttil bħala tiġieġa. Chris Cardona qal li Simon Busuttil huwa ‘chicken’ – filwaqt li rrisvera r-rispett kollu tiegħu lejn it-tiġieġ.
Chris Cardona jirrispetta lit-tiġieġ, iżda mhux lil Simon Busuttil.
Fil-Mass Meeting tal-Partit Laburista – l-iskandlu ta’ tixħim mill-Power Station tal-gass ta’ Konrad Mizzi, l-iskandlu ta’ tixħim mill-bejgħ tal-passaporti minn Keith Schembri, l-iskandlu ta’ tixħim bejn Adrian Hillman u Keith Schembri, il-kumpaniji sigrieti fil-Panama, u numru kbir ta’ skandli oħra tal-Gvern ta’ Joseph Muscat – l-ebda minn din il-lista’ ma ssemmew fid-diskors ta’ Joseph Muscat.
Minflok, Joseph Muscat għażel li jaħrab minn dak li qed jinkwieta l-aktar il-poplu – il-korruzzjoni li fniet l-istituzzjonijiet indipendenti u l-Gvern Laburista. Wara 4 snin ta’ Gvern minn Joseph Muscat u l-klikka korrota f’Kastila –qal li jrid iħalli l-istitutzzjonijiet jaħdmu waħedhom.
Joseph Muscat qatta hafna mill-hin jattakka l-Partit Nazzjonalista b’dak li l-istess Partit Nazzjonalista sostna li hu gideb. Gideb li beda minn dik ta’ Malta Tagħna Lkoll – u spiċċa bl-iskandli tal-kumpaniji sigrieti u bit-tixħim.