Jiena naf li l-korruzzjoni mhijiex Malta. Naf li Joseph Muscat mhux Malta. Naf li l-futur ta’ Malta jiddependi mill-fiduċja tal-poplu fi bniedem onest bħalma hu Simon Busuttil.
Hekk qal iċ-Chairman tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fil-Parlament Ewropew Manfred Weber meta illum waranofsinhar indirizza l-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema.
Weber beda d-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Simon Busuttil għall-istedina biex jindirizza l-meeting u qal li baqa’ impressjonat bl-entużjażmu tan-nies preżenti. Qal li meta jħares f’għajnejn in-nies jara x-xewqa u l-persważjoni li se sseħħ il-bidla li Malta għandha verament bżonn.
Qal li d-deċiżjoni mhix biss dwar Malta imma dwar il-futur tal-Ewropa li hu futur mingħajr korruzzjoni. Weber żied li l-qofol fil-politika hi l-fiduċja. Faħħar il-ħidma tal-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-PN. Irrefera għad-diskussjonijiet rigward is-saħħa u l-ambjent u kemm l-UE qed taħdem biex ittejjeb dawn l-aspetti.
Meta rrefera għall-ekonomija, Manfred Weber qal li s-Soċjalisti jridu biss regolamentazzjoni. Tkellem ukoll dwar l-immigrazzjoni u anke dwar it-terroriżmu. Sostna li l-pajjiżi Ewropej qed jaħdmu biex isaħħu s-sigurtà. Hu qal li l-mudell Soċjalista mhux jaħdem madwar l-Ewropa kollha.
Manfred Weber qal li post Malta fl-Ewropa ma kienx presidenza ffukata fuq il-kisbiet tal-Ewropa imma fuq l-iskandlu tal-Panama Papers. Konrad Mizzi hu l-uniku Ministru fl-UE li hu involut fil-Panama Papers. Il-Parlament Ewropew innota kif Keith Schembri insulta lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew li qed jinvestiga l-Panama Papaers. Il-Parlament Ewropew jaf li l-Gvern Malti mhux qed jippubblika l-investigazzjonijiet kollha dwar l-allegazzjonijiet li qed isiru.
Weber qal li l-korruzzjoni mhix Malta. Jaf li Joseph Muscat mhuwiex Malta. Jaf li l-futur ta’ Malta jiddependi mill-fiduċja tal-poplu fi bniedem onest bħalma hu Simon Busuttil.
//= $special ?>