Ambjent Lokali

FILMAT: Protesta kontra żvilupp ta’ pjazza f’binja ta’ 5 sulari fil-Mosta

Residenti niżlu jipprotestaw kontra żvilupp f'Santa Margerita li tbiddel spazju pubbliku f'ċentru kummerċjali

775 familja jinsabu ferm imħassba dwar l-iżvilupp propost fin-nofs ta’ pjazza biswit il-kappella ta’ Santa Margerita fil-Mosta – u għalhekk niżlu bi protesta fit-toroq. F’din il-fetħa asfaltata, għadu kif ingħata peremess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar biex ikun jista’ jinbena ħajt periferali ta’ seba’ filati – li jkun l-ewwel stadju qabel l-approvazzjoni tal-permess ta’ full development għall-binja ta’ ħames sulari u basement.
NET News attenda għal din il-protesta favur l-ispazju miftuħ li kienet indirizzata mill-Professur George Cassar, u s-Sindku tal-Mosta Ivan Bartolo. Flimkien ma’ dawn il-kelliema kien hemm kandidati u Kunsilliera Lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Il-kelliema elenkaw diversi problemi li dan l-iżvilupp iġib miegħu:

  • Dan l-ispazzju miftuħ jintuża għall-attivtajiet kollha fiż-żona ta’ Santa Margerita
  • Il-pjazza hi pulmun taż-żona u dan il-proġett se jħalli toroq dojoq u aktar bini għoli
  • Jinħolqu problemi tat-traffiku minħabba t-toroq se jidjiequ għall-vetturi kbar u karozzi tal-linja, u kif ukoll jelimina l-ispazji ta’ parking bays li hemm.
  • Ħames sulari għoli, se toħnoq ż-żona  u taffetwa ħażin il-valur tal-propjeta’
  • Ir-residenti jħossu li għandu jibqa’ spazju pubbliku kif ilu għal aktar minn 30 sena
  • Jiżdied il-periklu tat-tfal fiż-żona
  • L-iżviluppatur qed isejjaħ il-proġett bħala ‘Community Centre’, iżda r-residenti jħossu li dan huwa żvilupp kummerċjali
  • Il-proġett se jżid l-għargħar tal-ilma tax-xita li diġa’ huwa problema fiż-żona
  • Ir-residenti jħossu li m’għandhomx bżonn aktar ħwienet fiż-żona
  • Dan mhux se jkun ċentru tal-komunita’ iżda ċentru kummerċjali
  • Ir-residenti ma jistgħux jifhmu kif l-Awtorita’ tal-Ippjanartista’ tikkonsidra permess għal proġett fuq art asfaltata li tintuża bħala pjazza mill-komunita’ kollha.

Flimkien ma’ dawn iż-żewġ kelliema, NET News ħa r-reazzjoni ta’ wħud mir-residenti li huma nkwetati dwar dan l-iżvilupp. F’din il-protesta, dawn il-familji appellaw lill-Gvern biex jesproprija din l-art biex tibqa’ spazju miftuħ għall-benefiċċjuta’ kulħadd.

Bl-Aħmar: Iż-żona fejn se tinbena