Grupp ta’ persuni LGBTIQ illum qed jattendu għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista li se jsir f’Dingli Street, f’Tas-Sliema bil-bnadar tagħhom iperpru bi kburija.
Minn ħin twil qabel il-mass meeting f’Tas-Sliema stajna ninnutaw numru ta’ bnadar ikkuluriti minn persuni mill-komunità LGBTIQ li laqgħu l-istedina li jingħaqdu mal-folla f’Tas-Sliema.
Iżda mhux biss … minn binja li tinsab f’Dingli Circus, fejn intrama’ l-istejġ u se jkunu qed jitkellmu numru ta’ kelliema, fosthom il-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, iddendlet ukoll il-bandiera kkulurita tal-LGBTIQ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fl-aħħar jiem għamilha ċara li l-komunità LGBTIQ tista’ tħossha parti mill-familja tal-Partit Nazzjonalista. Mhux biss li din il-komunità se tara Gvern Nazzjonalista li jirrispetta kull dritt miksub fl-aħħar snin, iżda wkoll ikunu introdotti drittijiet ġodda fosthom ir-rikonoxximent taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.