Elezzjoni 2017 Lokali

Il-Kap tal-PN, Simon Busuttil, jikkundanna l-użu ta’ persuni vulnerabbli fuq Facebook

L-użu ta’ persuni vulnerabbli fuq il-midja soċjali għal xi tip ta’ gwadann hi xi ħaġa mill-iktar kundannabbli u diżgustanti.

Messaġġ ċar tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li l-Ħadd filgħodu ndirizza lil folla kbira f’attività taħt it-tinda fil-Mellieħa. Dan wara li paġna fuq Facebook biddlet billboard tal-Partit Nazzjonalista bl-użu ta’ wiċċ ta’ tifel bil-kundizzjoni tad-Downs syndrome.

Simon Busuttil ikkundanna bla riserva dan il-ġest kodard, u appella lill-poplu biex ma jdaħħalx politika f’dawn l-affarijiet.