Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kkundannat lil min qed juża l-politika bħala skuża biex jinfexx f’tgħajjir u nsulti.
Il-messaġġ tagħha jasal l-għada li persuna jew persuni mhux magħrufa ddeċidew li jaqbdu billboard tal-Partit Nazzjonalista u jibdlu wiċċ il-Prim Ministru Joseph Muscat ma’ dak ta’ tifel innoċenti li għandu l-kundizzjoni Downs.
Fi stqarrija, il-President ta’ Malta ddikjarat li tinsab dispjaċuta u qalbha maqsuma li “hawn min fostna l-Maltin, li għalihom il-politika niżżluha fl-inqas livelli ta’ maturita’, diċenza, rispett u etika.”
Qalet li t-tgħajjir u l-insulti qed iwasslu biex biex “iweġġgħu fil-proċess, persuni vulnerabbli, morda u b’diżabilita’. Huwa ta’ għib għal dawk li qed jagħmlu dan.”
Iktar kmieni, anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ikkundanna bla riserva dan l-att.
//= $special ?>


