Il-Pulizija fetħet investigazzjoni li għandha l-għan li tistabbilixxi min kien il-moħħ wara ritratt emendat li ttella’ fuq Facebook u li jinqeda b’billboard tal-Partit Nazzjonalista u b’wiċċ ta’ tifel innoċenti u vulnerabbli.
L-investigazzjoni mhix se tkun waħda faċli hekk kif il-paġna li tellgħet dan ir-ritratt emendat tħassret minn fuq Facebook frott l-ammont kbir ta’ rapporti li saru lil Facebook għall-użu diżgustanti ta’ dan ir-ritratt.
Fuq Facebook qed isir ukoll appell biex jieqaf it-tixrid ta’ dan ir-ritratt. Dan għaliex xi persuni, qabel laħaq tħassar minn fuq Facebook, ħadu dan ir-ritratt u tellgħuh mill-ġdid fuq il-profili tagħhom.
L-użu ta’ dan ir-ritratt ġab miegħu l-kundanna ta’ persuni mill-partiti politiċi kollha, fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Qabel beda d-diskors politiku tiegħu, hu kkundanna b’mod ċar u bla riservi lil min inqeda b’wiċċ ta’ tifel innoċenti meta emenda billboard politiku.
//= $special ?>