Elezzjoni 2017 Lokali

L-attività Taħt it-Tinda fil-Mellieħa indirizzata minn numru ta’ kelliema minn setturi li jvarjaw minn dak finanzjarju għal dak legali

L-Avukat Joe Giglio qal li l-Gvern ta’ Muscat iddiżappunta lil kulħadd u li pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar. Saħaq li jekk hemm investigazzjoni għaddejja, huwa ċar li persuna qed tkun investigata. Huwa ħażin, saħaq Simon Busuttil, li l-Prim Ministru jibqa’ jiddefendi dan kollu, bir-riperkussjonijiet negattivi kollha li dan jista’ jkollu fuq ir-reputazzjonui ta’ pajjiżna li tant ħdimna għaliha. Joe Giglio kkundanna il-kummenti li għamel il-Prim Ministru fil-konfornt tal-maġistrat Aaron Bugeja.

Il-konsulent finanzjarju Elaine Bonello sahqet li jekk is-settur tas-servizzi finanzjarji jikkrolla, jikkrollaw miegħu setturi oħrajn fosthom dawk tal-proprjetà. Tkellmet dwar il-mistoqsijiet li għandha tagħmel persuna li għadha mhijiex deċiża qabel ma’ tagħmel l-għażla tagħha fit-3 ta’ Ġunju.

Il-kandidat Jason Zammit iffoka fuq il-proposti tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam tas-saħħa li huma msejsa fuq tliet impenji ewelnin: l-impenn li ssir rivoluzzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali. L-impenn li jiżdiedu r-regional hubs magħrufa bhala polyclinics li jsiru ċentri speċjalizzati biex il-pazjent jinqeda aħjar viċin id-dar tiegħu. Fuq kollox l-impenn li l-isptar ta’ Għawdex jingħata lura lill-Għawdxin.

Marthese Portelli tkellmet dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam ambjentali u fis-settur tal-enerġija. Fakkret fl-impenn ta’ Gvern Nazzjonalista ġdid li jraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel li se jwassal biex il-poplu jingħata lura 22 miljun ewro kuntrarju għall-ftehim ta’ Konrad Mizzi mas-SOCAR li tellifna 14-il miljun ewro.

Quddiem dan kollu, saħqu l-kelliema watq l-attività fil-Mellieħa, l-għażla tagħna fit-3 ta’ Ġunju għandha tkun favur il-futur ta’ pajjiżna.