Grupp ta’ Laburisti ġenwini bħalissa qed jattendu għall-mass meeting tal-Forza Nazzjonali f’Tas-Sliema, f’messaġġ ċar tad-diżappunt tagħhom għall-mod kif il-Partit Laburista li jħobbu nħataf mill-klikka ta’ Kastilja.
Bil-bandiera tal-Partit Laburista magħquda ma’ dawk tal-Partit Nazzjonalista, ta’ Malta u tal-Unjoni Ewropea, dan il-grupp ried iwassal messaġġ li l-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu jista’ jingħaqad wara Forza Nazzjonali, sakemm fil-qofol ikun hemm pajjiżna.
Dawn il-persuni jingħaqdu ma’ ħafna oħrajn, fosthom persuni prominenti u saħansitra eks kandidati tal-Partit Laburista, li fl-aħħar jiem ħarġu pubblikament favur il-Forza Nazzjonali fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>