Sal-bieraħ f’nofsinhar, meta ntemm il-ġbir tad-dokumenti tal-voti mill-għases tal-pulizija u l-kunsilli lokali kien għad fadal 12,339 vot x’jinġabru; ammont ikbar mill-elezzjoni ġenerali tal-2013 meta f’dan l-istadju kienu ma nġabrux 9,900 vot.
Wara li ntemmn dan l-istadju issa l-votanti li għadhom ma ġabrux il-vot iridu jagħmlu dan mill-Uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sa nhar il-Ħamis l-1 ta’ Ġunju f’nofsillejl.
Mit-Tnejn sal-Eerbgħa l-ħinijiet li fihom jistgħu jinġabru l-voti huma bejn it-8 am u s-2 ta’ wara nofsinharu bejn it-3 ta’ wara nofsinhar u d-9 ta’ filghaxija. Nhar il-Ħamis il-ġbir tad-dokument tal-vot isir bejn it-8 am u s-2 pm u bejn it-3 pm u nofsilejl.
Il-votanti jridu jippreżentaw il-karta tal-idenità tagħhom biex jingħataw id-dokument tal-vot.
L-aktar distretti li fihom ma nġaburx voti huma fit-12-il distrett, 2,096 dokument tal-vot, 1,954 dokument tal-vot fit-13-il distrett u 1,565 dokument tal-vot fl-10 distrett. L-iktar distrett li fih inġabru voti hu s-6 distrett fejn fadal biss 367 dokument tal-vot x’jinġabru.
Fost il-lokalijiet bl-akbar ammont ta’ dokumenti tal-voti li għadhom ma nġabrux huma San il-Pawl il-Baħar (1564), Sliema (664), Marsacala (505) u Birkirkara (464). Fis-Swieqi għad fadal inġabru 51 dokument tal-vot, fil-Floriana 88, f’Pembroke 80, f’Ħ’Attard 185, f’Raħal Ġdid 183 u f’Ħaż-Żebbuġ 204 dokument tal-vot.
F’Għawdex ma nġabrux 208 dokument tal-vot fir-Rabat, 182 dokument fin-Nadur, 154 dokument fil-Qala, 211 vot f’Għajnsielem u 231 dokument tal-vot f’Marsalforn u ż-Żebbuġ.
//= $special ?>

