Il-preparazzjonijiet huma fl-aqwa tagħhom għall-Earth Garden 2017 li di is-sena jsir bejn il-Ħamis 1 ta’ Ġunju u l-Ħadd 4 ta’ Ġunju
Din se tkun il-11-il sena li l-festival ser jiftaħ il-bibien għall-pubbliku u se tkun ukoll l-ikbar edizzjoni li qatt saret. Dan wara li Earth Garden kien ivvutat bħala wieħed mill-Aqwa 15il- festival fl-Ewropa.
Din is-sena, l-innovità se jkunu sit tal-ikkampjar addizzjonali, Electronic Sphere tiġi rilokata għal parti mill-isbaħ tal-park, Music Playground Jamming, post ġdid għal Healing Fields, żona elevata bħala Wine Bar, Strawberry Hill, jum iktar għall-festival u aktar minn 100 artisti li mistennija jiġu Malta għal dan avveniment.
Attrazzjonijiet oħra li issa huma sinonimi mal-festival huma Ethnic Market, Fun Park għat-tfal u l-Enchanted Forest li naturalment se jkunu preżenti wkoll fl-edizzjoni ta ‘din is-sena.
Il-bibien għal dan il-festival jiftħu nhar il-Ħamis 1 ta’ Ġunju fis-18:00 bil-biljetti jibqgħu disponibbli għall-bejgħ mis-sit eletroniku ticketline.com.mt jew minn ħwienet magħżula.
Għal aktar informazzjoni u programm ġentilment żur earthgarden.com.mt. Tfal taħt it-12-il-sena akkumpanjati minn adult ser jitħallew jidħlu fil-Festival b’xejn. Klieb huma milqugħa ħafna iżda jeħtieġ li jinżammu fuq leash u s-sidien għandhom dejjem inaddfu warajhom.
//= $special ?>