#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Il-konversazzjoni li Muscat ma xtaqx li tinqabad fuq il-mikrofonu

"Challenging times, huh?"

Bħalissa f’Malta hawn Michel Barnier, il-Kap tan-negozjati dwar il-Brexit f’isem l-Unjoni Ewropea. Aktar kmieni, Barnier kellu laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Malli Barnier mar biex jieħu b’idejn il-Prim Ministru Malti, saret konversazzjoni li Muscat żgur ma xtaqx li tinqabad fuq il-mikrofonu.

“Difficult times? Challenging times, huh?”, qallu Barnier malli mar biex joħodlu b’idejh, b’referenza għall-kriżi ta’ korruzzjoni fil-pajjiż; kriżi li wasslet biex Muscat kellu jsejjaħ elezzjoni straordinarja u bikrija.

Evidentament imbarazzat bil-kummenti ta’ Barnier, Muscat wieġeb: “No, we don’t complain”.

L-iskandlu tal-Panama, l-iskandlu ‘Egrant’, u s-sitwazzjoni ta’ korruzzjoni mill-klikka korrotta fil-pajjiż wasslet biex pajjiżna ħa daqqa ta’ ħarta fir-reputazzjoni tiegħu. Isem Malta spiċċa fil-media internazzjonali għar-raġunijiet il-ħżiena.

Waqt li Barnier jinsab Malta biex jiddiskuti l-futur tal-Unjoni Ewropea wara l-Brexit, fil-bidu ta’ Mejju sar magħruf li kumpanija fir-Renju Unit għażlet lil-Lussemburgu minflok lil Malta biex tirriloka wara l-Brexit.

Il-kumpanija magħrufa Hiscox tagħżel il-Lussemburgu minflok Malta