Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu ġġustifika l-kummenti li għadda waqt Xarabank, meta rredikola lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil minħabba l-għaraq.
“He made fun of my body language” qal Joseph Muscat f’risposta lil The Malta Independent meta mistoqsi jekk jiddispjaċihx għall-kummenti li għadda.
Il-kummenti saru waqt id-dibattitu tal-Ġimgħa f’Xarabank, fejn il-Prim Ministru deher kontinwament skomdu u bi pressjoni, tant li kemm-il darba nfexx f’tgħajjir u attakki personali fil-konfront tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Ara x’qal Joseph Muscat dalgħodu fil-filmat.
//= $special ?>