Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-3:45p.m. werwer diversi persuni li kien f’Paceville. Dan hekk kif is-sewwieq ta’ karozza BMW, saq fid-direzzjoni l-ħażina ta’ Triq San Ġorġ, lejn il-lukanda Intercontinental, baqa’ jsuq u f’dak il-mument waqt li saq fuq tliet muturi, saq ukoll lejn il-faċċata tar-ristorant Eat Me I’m Famous li hemm fl-istess triq.
Is-sewwieq, telaq minn fuq il-post.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ u jidher li diġa kien identifikat is-suspettat.
Dan l-inċident qajjem paniku u wassal biex diversi persuni bdew jaħarbu minn fuq il-bankina f’każ li s-sewwieq jipprova jsuq fid-direzzjoni tagħhom.
//= $special ?>

