Wara li l-Maġistrat Aaron Bugeja bagħat il-provi dwar Keith Schembri biex jiġu investigati minn maġistrat iehor, dalgħodu l-Kap tal-PN qed jippreżenta l-provi quddiem l-Maġistrat Josette Demicoli, il-maġistrat li intgħażlet biex tmexxi din l-inkjesta. L-Għażla kienet saret bil-polza.
F’dawn il-provi li qed iressaq Simon Busuttil, hu kien żvela kif iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri għadda lill-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers, Adrian Hillman, somma li tlaħħaq is-sitt mija u ħamsin elf ewro (€650,000).
Il-provi kienu jgħidu li f’pagament wieħed, Keith Schembri għadda is-somma ta’ xejn anqas minn US$169,875.60. Dan il-pagament sar minn kont moħbi ta Keith Schembri fil-bank Svizzeru Credit Suisse. Wara li waslu, dawn il-flus inħaslu billi ġew investiti f’bonds internazzjonali permezz ta intermedjarji finanzjarji.
Fi trasferiment ieħor Keith Schembri uża l-kumpanija sigrieta tiegħu f’Ġibilta bl-isem ta’ Malmos Limited li għandha numru ta reġistrazzjoni 99648 biex għadda is-somma ta’ US$135,870.
Dan it-trasferiment sar minn kont f’bank gewwa Ġibilta’ bl-isem ta Jyske Bank (Gibraltar) Limited. Dakinhar stess ta’ dan it-trasferiment dan l-ammont kollu gie investit f’sitt bonds u funds internazzjonali biex inbeda l-proċess biex dawn il-flus jinħaslu.
Mill-kumpanija Malmos, f’okkażjoni oħra Keith Schembri ħallas lil Lester Holdings is-somma ta €125,000. Dan l-ammont ukoll ġie riċiklat permezz ta xiri ta bonds internazzjonali.
Fi trasferiment ieħor Keith Schembri għadda is-somma ta’ €100,000 lill-kumpanija sigrieta Lester Holdings u fi ftit jiem dawn ukoll ġew investiti f’bonds biex ħadd ma jinduna minn fejn ġew.
Keith Schembri għadda ammont ieħor ta €154,477, din id-darba permezz ta’ aktar min 24 pagament wieħed wara l-ieħor, ħafna drabi ta €5,000 il-wieħed – dawn għaddew minn banek differenti, fosthom il-famuż Pilatus Bank li fih anki għall-kumpanija ta’ Hilmann infetaħ kont.
Din hi it-tielet inkjesta kriminali li qed tinvestiga lill-Prim Ministru u lic-chief of staff tieghu, waħda dwar Joseph Muscat u tnejn dwar Keith Schembri.
//= $special ?>