Elezzjoni 2017 Lokali

Il-PN joffri serħan il-moħħ lill-ħaddiema tal-Air Malta

Għall-Partit Nazzjonalista, l-Air Malta kienet, għada u tibqa’ element kruċjali fil-katina ekonomika ta’ pajjiżna.

L-Air Malta għandha importanza strateġika u ekonomika kbira wisq għal pajjiżna u għalhekk Gvern Nazzjonalista ġdid spjega li ser ikun qiegħed jagħmel ħiltu kollha mhux biss biex tiġi salvata l-kumpanija iżda biex ikollha rwol dejjem aktar prominenti fit-tkabbir ekonomiku ta’ Malta.

Il-proposti ta’ Gvern Nazzjonalista ġdid, hi dik li jissaħħaħ il-kapital tal-kumpanija billi jiddaħħal investiment minn investituri lokali, bid-deċiżjonijiet li għandhom impatt strateġiku jinżammu mill-gvern bħala l-azzjonist ewlieni.

B’mod immedjat, l-Air Malta għandha tagħti bidu għall-programm ta’ investiment sostanzjali biex issaħħaħ l-infrastruttura tagħha, is-sistemi ta’ l-IT kif ukoll il-prodotti tagħha.

L-Air Malta ser tkun qiegħda tiġi ttrattata b’mod ekwu ma’ linji oħra li joperaw lejn Malta u taħt l-ebda ċirkostanza m’hu ser jiġi aċċettat li l-Air Malta tkun żvantaġġjata.

F’qafas ta’ pjan maqbul ma’ l-erba’ unions, jiġi ffinalizzat il-mudell li fuqhu ser topera l-kumpanija sabiex din tkun vijabbli, effiċjenti u kompetittiva.

B’mod immedjat se ssir ħidma biex tinqata’ l-inċertezza għall-ħaddiema u l-familji tagħhom: Fi żmien sitt xhur, kull ħaddiem individwali ta’ l-Air Malta jkun jaf bil-miktub kif ser ikun qiegħed jitfassal il-futur tiegħu jew tagħha. Għall-Partit Nazzjonalista mhuweix aċċettabbli li l-haddiema jqattghu aktar xhur u snin b’incertezza kontinwa.

Il-haddiema tal-ground handling mhux ser jitpoggew f’kumpanija separata minn dik li topera l-Air Malta sabiex b’hekk ikunu jistghu jibqghu jagħmlu x-xogħol tal-kumpanija b’mod dirett.

Il-ħaddiema ser ikunu ttrattati b’dinjità, b’ekwità u b’rispett. Fl-ewwel lok, dawk il-ħaddiema li jagħżlu li ma’ jibqgħux mal-kumpanija ser jingħataw il-fakultà ta’ taħriġ speċjalizzat qabel ma’ jitilqu mill-kumpanija. Dawn il-ħaddiema ser jingħataw erba’ għażliet dwar kif jistgħu jkomplu l-mixja professjonali tagħhom.

Bi Gvern Nazzjonalista se jkun hemm skema ta’ Voluntary Redundancy jew Early Retirement fuq il-linji maqbulin diġa’ ma’ l-erba’ unions.

Jista’ jkun hemm ukoll redeployment f’entitajiet fis-settur pubbliku fejn il-ħiliet tal-ħaddiem jintużaw b’mod produttiv u mhux fejn il-ħaddiem jiġi sempliċement ipparkjat.

Fil-każ ta’ dawk il-ħaddiema li jitilqu u jiġu ngaġġati immedjatament ma’ kumpaniji fis-settur privat, l-employer jingħata tax credit

Biex il-ħaddiema jiġu mħajjra jiftħu intrapriza tagħhom, dawk li jagħżlu din ir-rotta jingħataw pakkett ta’ għajnuna ta’ investiment sabiex jiffaċilitalhom il-bidu tan-negozju tagħhom.

Dawk il-ħaddiema li jagħżlu li jibqgħu fil-kumpanija, ser jingħataw share options  biex huma jkunu jistgħu jipparteċipaw fit-tkabbir u s-suċċess tal-kumpanija.

Finalment, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jassigura illi l-Air Malta ma’ tibqgħax titqies bħala xi każin politiku u għalhekk ser tara li l-ftehim li jintlaħaq ikun wieħed fit-tul u li jwarrab l-indħil politiku mid-deċiżjonijiet kummerċjali.