Elezzjoni 2017 Lokali

“Jien u Joseph Muscat kredibbli” – Il-Ministru Konrad Mizzi

Propju lejliet l-elezzjoni ġenerali u  fl-eqqel tal-iskandlu tal-korruzzjoni mwettqa mill-Gvern Laburista…..jiffaċċa u jitkellem il-Ministru Konrad Mizzi.,….propju l-ministru l-aktar inovlut u msemmi fl-iskandli.

Kien f’Birzebbuġa li waqt attività Taħt it-Tinda flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem il-Ministru Konrad Mizzi.

Minkjja l-pressjoni li għandu fl-opinjoni pubblika u bl-isknadlu joħorġu kuljum, kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru Konrad Mizzi għażlu li ma jitkellmu xejn dwar l-iskandli…kif ma semmew xejn dar governanza, kontabbilità u gvern nadif.

Anzi fid-diskros tiegħu l-Ministru Konrad Mizzi ipproġetta lili nnifsu bħala politikant li diġa jaf li jekk jitla Gvern Laburista hu se jkun maħtur Ministru.

Dan għaliex fid-diskors tiegħu l-Ministru Konrad Mizzi appella lil-Laburisti u lill-poplu Malti biex jerġgħu jivvotawlu biex skont hu jwettaq il-pass li jmiss…..dik li jitwettqu proġetti infrastrutturali u jsiru t-toroq.

Quddiem il-Laburisti l-Ministru Konrad Mizzi saħansitra tkellem fuq il-kredibbiltà u qal li hu u l-Prim Ministru għandhom il-kredibbiltà fuq dak li wettqu.

Għalhekk sostna l-Ministru Konrad Mizzi l-poplu għandu jivvota Labour biex jerġgħu jitwettqu l-bidliet.