Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Demokratiku li saret quddiem dak li kien l-Isptar tal-Ingliżi fl-Imtarfa, il-Forza Nazzjonali kkritikat lill-Gvern dwar expression of interest biex fil-post issir skola internazzjonali.
Filwaqt li qal li l-PD jaqbel ma’ din il-proposta, il-kandidat Godfrey Farrugia qal li ma jaqbilx mal-mod kif isiru l-affarijiet għax l-Imtarfa ma għandhiex ċentru ċiviku u lanqas sala. Fil-post hemm ukoll faċilitajiet sportivi li jintużaw mir-residenti fosthom l-Mtarfa Football Club u dawn ma jafux x’se jsir minnhom.
Godfrey Farrugia qal li dan hu aġir li ma jawgurax prassi tajba fit-tmexxija fuq il-livelli lokali minn Gvern li jiftaħar li hu Gvern li jisma’.
Il-kandidat Duncan Bonnici qal li l-Partit Demokratiku qed jissuġerixxi serħan il-moħħ biex l-pippjanar tal-iżvilupp jibbilanċja s-sostenn fl-ambjent u sostenn fl-ekonomija u għalhekk sostenn soċjali.
Duncan Bonnici qal li hemm bżonn li l-produttività tiffoka iktar fuq il-Green Economy.
Il-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Anton Mifsud irringrazzja lill-Forza Nazzjonali għall-appoġġ tagħha dwar din il-kwistjoni. Hu sostna li r-residenti qed joġġezzjonaw kontra dan il-proġett ġgantesk, proġett li fih hu ppjanat li jinbena 4 sulari, li se jestendi fuq art ODZ u li se jkisser ir-ridge li jagħti għaċ-chadwick lakes.
il-punt ewlieni taghna hu li ahna residenti tal-imtarfa qed noggezzjonaw kontra pjan ta progett ggantest fuq isolation hospital ,li huwa ppjanat li jinbena fuq 4 sulari ,li se jestendi fuq art ODZ u li se jkisser ir-ridge li jaghti ghac chadwick lakes.
Anton Mifsud propona li l-bini jigi restawrat, pero jibqa’ fuq sular wieħed mingħajr ma jkun hemm estenzjoni ta bini għax dan jikser il-liġijiet tal-planning authority, propona wkoll li l-istorja ta dan il-bini flimkien mar-ridge u l-ambjent sabiħ tal-madwar jiġi protett, waqt li propona wkoll li fl-Imtarfa jibqa’ jkun hemm it-trankwillita mingħajr proġetti kbar li jġib miegħu żieda ta’ traffiku u storbju dl-inħawi.
//= $special ?>