Illum qegħdin f’salib it-toroq, il-poplu jrid jagħmel għażla bejn żewġ toroq: it-triq tal-korruzzjoni li qabbadna Joseph Muscat u t-triq tal-onestà politika, tal-verità u tal-integrità li qed tipproponi l-Forza Nazzjonali.
Qal dan il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien qed jindirizza l-attività Taħt it-Tinda fil-Mosta.
Simon Busuttil iffoka d-diskors tiegħu fuq l-email li bagħat Keith Schembri b’risposta għall-editorjal iebes li kellha l-gazzetta The Sunday Times li ħeġġet lill-poplu jivvota għall-Forza Nazzjonali.
Simon Busuttil xejjen għal kollox id-dikjarazzjoni ta’ Keith Schembri li qal li mhemmx prova kontrih.
Il-Kap tal-PN ikkritika d-dikjarazzjoni li Muscat fetaħ inkjesta maġisterjali u fakkar li hemm 2 inkjesti maġisterjali miftuħa wara provi mressqa mill-Kap tal-PN u inkjesta oħra li nfetħet wara li kienu telqu l-provi mill-bank Pilatus.
Simon Busuttil fakkar ukoll li l-Pulizija ma investigawx ir-rapporti li kellhom quddiemhom.
Simon Busuttil tkellem dwar id-dikjarazzjoni ta’ Keith Schembri li qal li Jospeh Muscat huwa l-ikbar ħabib tiegħu.
Il-Kap tal-PN ikkritika d-dikjarazzjoni ta’ Keith Schembri li l-aqwa żmien għalih għadu ġej.
Simon Buusttil sellem il-kuraġġ tal-Editur Manigerjali tal-Malta Independent li mar il-Qorti biex iressaq il-provi dwar allegata korruzzjoni fit-tanker tal-gass u fil-bejgħ tal-Enemalta.
Quddiem dan kollu, l-għażla tagħna għandha tkun għall-futur ta’ pajjiżna u għaldaqstant l-għażla tagħna għandha tkun Malta.
//= $special ?>